Ftit tax-xhur ilu gejt avvicinat minn AC Trampi biex nikkowcjahom ghal dan is-season. It-talba kienet wahda nteressanti, pero minhabba twemmin sportiv partikolari, kont lest biss naghmel dan jekk il-club ikun lest li jkollu lili biss bhala persuna li jiehu decizjonijiet fejn jidhol loghob.
Dak iz-zmien issa ghadda u t-tim jidher li ha postu iktar car fejn jidhlu regoli ta' ghagir u filosofija u mentalita. Illum wasalna fi stadju fejn it-tim beda anke juri wirjiet sodisfacenti bi stampa ta' Futsal mixtieqa.
Konna nafu li l-ghan taghna din is-sena hu li niggieldu biex nibqaw fit-3rd division u biex nibnu tim b'loghoba ahjar minn qatt qabel. Nemmen li l-kontribut tieghi sewa biex din tal-ahhar, il-loghoba ahjar li kollha xtaqna, sibniha, pero dan sar biss ghax il-players riedu li jaslu.
F'zewg loghobiet partikolari, dik kontra Demons u dik kontra Qormi, inhoss li t-tim wera dak li jien xtaqt li nasslu ghalih. Inkun onest qatt ma stennejt li ser naslu ghal dik it-tip ta' wirja f'sena, pero l'fatt li wasalna hija sodisfacenti.
Fil-loghoba li ghadna kemm laghabna kontra NewTeam ridna rebha biex nassiguraw ruhna mis-salvazzjoni. Pero deher bic-car li NewTeam riedu l-istess. Kienet loghoba missielta hafna li minkejja li hallietna mdendlin sal-ahhar, ninstab kuntent bil-prestazjoni tat-tim u iktar minn hekk bil-kapacita ta' bidla f'waqtha li t-tim adatta tajjeb ghaliha.
No comments:
Post a Comment