Illum se niltaqaw ma' David Magri
1. It-trial tieghek wasal lejn l-ahhar kif qed thossok ?
Kuntent hafna li integrajt tajjeb mal-players l-ohra ta Trampi. Kien wasal iz-zmien li nibda naghmel training bis-serjeta, u fi hdan dan il-grupp inhoss li hemm fejn wiehed jimxi il-quddiem u juri il-potenzjal tieghu. Li wiehed ikun lest jigri u jitrejnja f'din is-shana nahseb turi certu determinazzjoni. Overall nahseb sejjer tajjeb.
2. X' impressjoni hadt tat-tim ta' trampi ?
Ghalkemm diga kont naf xi whud, ma sibtx problemi biex nintegra ma l-bqija tat-tim. Jien bniedem li generalment malajr insir naf in-nies u ma tantx noqghod lura, u nahseb il-fatt li kulhadd lest li jghin u jmexxi lil ohrajn iwassal biex wiehed ihossu komdu. Punt ta min isemmi huwa l-fatt li meta wiehed jigi ghas-serjeta, ic-cajt jieqaf hemm u kulhadd jikkoncentra fuq dak li ghandu jsir, li ovjament huwa fattur importanti immens.
3. Ghandek cans taghmel riklam ghalik innifsek biex tikkonvinci lill-coach u lit-team izommuk. Ghala ghandu l-coach jaghzlek ?
Mhux facli biex wiehed ifahhar lilu nnifsu u jaghmel riklam, pero nahseb il-fatt li integrajt tajjeb ma kulhadd (u nahseb dan jista jigi rifless ukoll meta nigu ghal-loghob) jista jghini biex nintaghzel. S'issa nahseb bhala futbol qed nuri li jien kapaci pero naf bic-cert li jien kapaci iktar u dan probabli jibda jidher meta nkun qieghed iktar komdu u nifhem ezatt kif jimxu il-players l-ohra li jkunu fil-ground mieghi. Forsi vantagg li nhoss li ghandi huwa li naf immexxi fejn ikun bzonn u jekk hemm bzonn naghti spinta lil dak li jkun mhux ha noqghod lura.
No comments:
Post a Comment